Internazzjonali

Sekwestrati 25 tunellata ta’ żjut mhux awtorizzati formalment diretti lejn Malta

Il-Pulizija fl-Italja ssekwestrat 25 tunellata ta’ żjut lubrifikanti li formalment kienu destinati lejn Malta iżda jidher li fil-verita’ kienu għal żewġ persuni fil-Provinċja ta’ Bari li s’issa ma ġewx identifikati.

Il-każ seħħ fi stazzjon tal-ferrovija ta’ Bari Feruccio meta uffiċjali ta’ kontra l-frodi tad-Dwana nterċettaw tanker li kien ġej mill-Bulgarija. Instab li dan kien mimli żejt b’taħlita mhux awtorizzata ta’ żjut, inkluż żejt tal-ħaxix.

Il-persuni responsabbli mit-trasport ġew arrestati u għaddejjin investigazzjonijiet biex jiġu identifikati persuni oħra responsabbli fuq skala internazzjonali.

Jirriżulta li din hi l-ewwel darba li ntużaw il-ferroviji għal trasport simili u jidher li l-intenzjoni kienet li l-uffiċjali tal-kontroll ikunu ngannati.