Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil illum sellem lill-Ambaxxatriċi Amerikana Gina Abercrombie-Winstanley, hekk kif fil-ġimgħat li ġejjin se tkun qed ittemm il-perijodu tagħha fir-rwol ta’ Ambaxxatriċi.
Simon Busuttil sellem lil Winstanley bħala personalità li ħalliet marka f’pajjiżna. Għal-laqgħa, kien hemm preżenti wkoll il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin Tonio Fenech.
Waqt il-laqgħa informali, il-Kap tal-Oppożizzjoni introduċa lil Winstanley żewġ xogħolijiet tal-arti li bħalissa hemm esebiti fl-Uffiċċju tiegħu fid-Dar Ċentrali – waħda ta’ John Martin Borg u oħra ta’ George Apap.
L-Ambaxxatriċi Amerikana ffirmat ukoll il-Ktieb tal-Viżitaturi.
//= $special ?>

