It-Telgħa t’Alla u Ommu, fin-Naxxar, se tkun magħluqa minn għada l-Erbgħa fl-10 ta’ filgħodu sal-Ħadd 31 ta’ Jannar filgħaxija.
Transport Malta avżat li dan se jseħħ minħabba manutenzjoni li hi meħtieġa fis-sistemi tal-ilma tax-xita, bir-residenti u s-sidien tal-għelieqi se jkollhom aċċess minn bejn il-junction ta’ Triq Santa Marija u Triq il-Kosta.
Transport Malta talbet lis-sewwieqa jużaw Triq il-Kosta, Triq Burmarrad u toroq alternattivi u jsegwu s-sinjali u l-istruzzjonijiet uffiċjali. Fl-istess ħin, skużat ruħha għal kull inkonvenjent.
//= $special ?>

