Lokali

David Casa jilqa’ t-tneħħija mill-Vodafone tat-tariffi tar-roaming

L-MEP Nazzjonalista David Casa laqa’ d-deċiżjoni tal-Vodafone f’Malta li telimina t-tariffi tar-roaming qabel tidħol fis-seħħ liġi Ewropea fl-2017.

David Casa rrefera għal dawn it-tariffi bħala piż inutli fis-suq intern u faħħar lill-kumpanija f’Malta li antiċipat il-liġi Ewropea.

Il-Kap tad-Delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew ħadem fuq diversi rapporti dwar is-suq intern u ddeskriva t-tneħħija ta’ din it-tariffa bħala pass importanti fl-aġenda diġitali tal-UE.

David Casa qal li dawn it-tariffi huma marbuta mad-diskussjoni kontinwa dwar in-newtralità tal-internet hekk kif insista li din għandha tkun miftuħa, b’veloċità u għal kulħadd.