Kummerċ

db San Antonio Hotel + Spa tappunta GM ġdid

Bradley Dingli ġie appuntatt bħala General Manager ġdid fid-db San Antonio Hotel + Spa, Qawra. Hu ħa l-kariga ta Vincent Degiorgio wara li ġie appuntatt bħala Direttur taċ-chain db Hotels + Resorts.

Is-Sur Dingli għandu 17-il sena esperjenza fil-qasam tat-turiżmu, fejn serva fil-lukandi ta 4 u 5 stillel kemm lokali kif ukoll internazzjonali.

Huwa studja gewwa l-ITS, u gradwa b’Higher Diploma in Hotel Management kif ukoll mill-Universita ta Malta b’B.A. Hons in Tourism Studies.

Bradley Dingli qal, “Ninsab entużjast li ingħaqqad ma tim rebbieħ li jmexxi id-db chain, li qegħda tikber u tkun leader fis-servizz turistiku.

Vincent Degiorgio qal, “ Wara li servejt 9 snin bħala General Manager fid-db San Antonio Hotel u 3 snin bħala Financial Controller, li nilħaq Direttur tad-db chain kien pass iehor important f’ħajti li fetaħ orizzonti ġodda. Flimkien ma’ sħabi l-kollegi, l-għan tagħna jibqa dejjem li noffru l-eċċellenza lil kljienti tagħna fis-servizz li noffru.

Ritratt : Bradley Dingli (fuq ix-xellug) General Manager,  db San Antonio Hotel + Spa & Vincent Degiorgio (fuq il-lemin) Director, db Hotels + Resorts