Internazzjonali

AĠĠORNATA: il-vittmi fil-Pakistan jitilgħu għal 19

Persuni armati attakkaw Universita’ fin-naħa ta’ fuq tal-Pakistan, fejn rapporti qed jindikaw li 19-il persuna tilfu ħajjithom. Waqt l-attakk instemgħu ukoll numru ta’ spluzjonijiet.

S’issa għadu mhux ċar min huma dawn il-persuni armati li daħlu fl-Universita’ ta’ Bacha Khan, u ħatfu binja shiha f’dan il-kampus. L-Universita’ tinsab 30 mil ‘il barra mill-kapitali Pakistana.