It-turisti mill-cruise liners fl-2015 żdiedu b’27.3% fuq is-sena ta’ qabel. Fl-aħħar kwart tas-sena, it-turisti mill-cruise liners żdiedu bi 15% fuq l-istess kwart tal-2014.
75.8% tal-passiġġieri matul is-sena kienu minn pajjiżi tal-UE, bl-ikbar tkabbir kien mis-swieq tal-Italja u ta’ Spanja.
Statistika maħruġa mill-NSO turi li fl-2015 waslu f’Malta 307 cruise liner li kellhom bħala medja 1,900 passiġġier kull wieħed. Sena qabel, kienu waslu f’Malta 303 vapur li bħala medja kellhom 1,500 passiġġier.
Fl-aħħar kwart tas-sena daħlu f’Malta 88 vapur, li huma 12 inqas mill-istess kwart tal-2014. B’kollox però fissru 176,295 passiġġier jew 15% iktar fuq l-istess kwart tal-2014. 2,226 żaru Għawdex u 5,308 għaddew mill-inqas lejl wieħed fuq il-vapur tagħhom f’Malta.
//= $special ?>
