Lokali

Il-bar ta’ Gudja United F.C. u stabbiliment tal-ikel misruqa matul il-lejl

Mill-arkivji

Żewġ stabbilimenti sfaw fil-mira ta’ mill-inqas tliet persuni mgħammda li matul il-lejl li għadda serqu u wettqu ħsara.

L-ewwel rapport li daħal għand il-Pulizija fl-għassa taż-Żejtun kien dak ta’ kafetterija li tinsab fi Triq Ħal tarxien, fil-Gudja. hawn is-sidien sabu li l-persuni kissru ħġieġ fuq barra tal-kafetterija biex setgħu jidħlu fuq ġewwa u serqu ammont ta’ flus kontanti.

Iktar tard fl-istess għassa daħal rapport ieħor, din id-darba mis-sid tal-bar ta’ Gudja United li matul il-lejl sab li xi persuni, possibilment l-istess li serqu l-kafetterija, kienu għamlu ħerba fuq ġewwa tal-propjeta’ li tinsab fil-bypass tal-Gudja.

F’dan il-każ il-persuni żgassaw l-entratura u minn ġewwa serqu laptop, fliexken tax-xorb, pakketti tas-sigaretti u flus kontanti. Dan minbarra li kissru u qattgħu xi affarijiet li sabu fuq ġewwa.

Kawża ta’ dan tħassar festin tal-karnival li kien ippjanat li jsir fl-istess clubhouse ta’ Gudja United F.C.