Internazzjonali

Jeqirdu l-eqdem post ta’ qima tal-Insara fl-Iraq

Ritratti bis-satellita kkonfermaw li l-ISIS fl-Iraq qered il-monasteru ta’ San Elija f’Mosul, l-eqdem post b’għeruq Insara fl-Iraq u li ilu post ta’ qima għall-Insara fl-Iraq għal dawn l-aħħar 1,400 sena.
L-indikazzjonijiet huma li dan inqered mill-ISIS bejn Awwissu u Settembru tal-2014.
Il-mexxejja Insara fl-Iraq ilhom isostnu li dan il-monasteru kien inqered, imma issa r-ritratti bis-satellita kkonfermaw dan u mill-monasteru ma kien fadal xejn. Ir-ritratti juru biss zona griża fil-post fejn darba kien hemm il-bini.
Il-monasteru ta’ San Elija issa tpoġġa f’lista ma’ aktar minn 1,300 post reliġjuż jew storiku li nqerdu mill-ISIS kemm fl-Iraq kif ukoll fis-Sirja.