Internazzjonali

L-ISIS tipprova ssaħħaħ il-kontroll fil-Libja

Jidher li l-ISIS qed tipprova ssaħħaħ il-kontroll fil-Libja wara rapporti li jindikaw li lejn Sirte, belt taħt il-kontroll tal-grupp militanti Iżlamiku, intbagħat ekskmandant tas-servizzi sigrieti militari Iraqin, magħruf bħala Abu Omar.
Jidher li Abu Omar ingħatat il-kmand ta’ Sirte aktarx biex ilesti għall-wasla tal-oħgla tmexxija tal-ISIS mis-Sirja u l-Iraq, li jinsabu taħt attakk kontinwu kemm mill-ajru kif ukoll mill-art.
Xi rapporti indikaw li f’Sirte bħalissa hemm miġburin mat-3,000 ġellied tal-ISIS.
L-aħbar tal-wasla ta’ Abu Omar kienet ikkonfermata mill-Kurunell Ismail Shukri, il-kap tas-servizzi sigrieti f’Misurata, l-eqreb belt ewlenija għal Sirte.
L-indikazzjonijiet huma li hu ntbagħat fuq ordni personali ta’ Abu Bakr al-Baghdadi, il-mexxej tal-ISIS.