Żewġ Taljani u Ċiniż ġew arrestati fl-italja wara investigazzjoni mill-Questura di Torino fejn instab li tliet swali tal-logħob kienu qed joperaw mingħajr awtorizzazzjoni.
Instab li s-sidien ta’ dawn is-swali tal-logħob kienu jaċċettaw imħatri sportivi f’isem bookmakers ibbażati f’Malta mingħajr awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet Taljani.
Kawża t’hekk it-tliet swali tal-logħob ingħalqu u ġew sekwestrati, filwaqt li t-tliet sidien tagħhom huma akkużati bi prattika ħażina fil-ġbir ta’ mħatri sportivi online.
//= $special ?>