LGBTI + Gozo qed tappella biex f’Għawdex jinfetħu kmamar tal-banju pubbliċi li jkunu newtrali, mhux biss dawk għall-irġiel jew għan-nisa.
Din l-ewwel għaqda non governattiva f’Għawdex, li tippromwovi d-diversità fl-orjentazzjoni sesswali f’Għawdex, qed issostni li d-drittijiet ta’ persuni transġeneru għandhom ikunu protetti u li mhux biżżejjed li wieħed idaħħal liġijiet jekk ma jedukax lill-poplu.
L-għaqda qed issostni li kmamar tal-banju li jkunu newtrali mil-lat ta’ ġeneru, jgħinu lis-soċjetà Maltija tkompli timxi lejn iktar tolleranza u jkunu pass kbir ’il quddiem lejn drittijiet ta’ persuni trans u ta’ LGBT f’Għawdex.
L-għaqda qed tappella wkoll biex f’Għawdex ikun hemm klinika għas-saħħa sesswali, li tittratta numru ta’ każijiet ta’ mard trażmess sesswalment fil-gżejjer Maltin u li sservi bħala mezz ta’ informazzjoni u prekawzjoni.
L-għaqda fakkret fis-seminar li se torganizza fis-27 ta’ Frar li se jittratta s-sesswalità u t-tfal.
//= $special ?>