Internazzjonali

Massakru f’università fil-Majjistral tal-Pakistan

epa05113479 A bullet-ridden cupboard is seen in a hostel room of Bacha Khan University after a gunfight between security forces and gunmen, in Charsadda, Pakistan, 20 January 2016. A group of Taliban gunmen stormed the Bacha Khan University in the town of Charsadda, killing 20 people in a gunfight that raged for several hours after the attack and ended with the death of the militants. EPA/BILAWAL ARBAB

Tal-anqas 20 persuna nqatlu wara li erba’ militanti Iżlamiċi attakkaw università fil-Majjistral tal-Pakistan.
L-erba’ terroristi nqatlu wara sparar mal-forzi tas-sigurtà Pakistani li dam sejjer għal madwar tliet sigħat fl-Università ta’ Bacha Khan, f’Charsadda.
Hemm rapporti konfliġġenti li jindikaw li l-attakk twettaq mill-fergħa tat-Taliban fil-Pakistan.
Jidher li ċ-ċpar kbir li kien hemm għen lit-terroristi fl-attakk tagħhom kmieni filgħodu, bl-istudenti li kienu qed jinġabru għal-lezzjonijiet jispiċċaw fil-mira ta’ sparar bl-adoċċ. Apparti l-maqtula, hemm ukoll tal-anqas 50 persuna li ndarbu serjament.
Aktar minn 3,000 persuna kienu fil-campus tal-università meta seħħ l-attakk.