Numru ta’ persuni ħelsuha ħafif wara inċident bejn erba’ karozzi mar-roundabout ta’ quddiem il-Knisja tal-Kunċizzjoni fil-Ħamrun.
Jirriżulta li oriġinarjament l-inċident seħħ bejn żewġ karozzi li konsegwenza t’hekk baqgħu deħlin fuq żewġ karozzi oħra li kienu pparkjati.
Fortunatament jirriżulta li ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ għalkemm l-inċident ħoloq problema fit-traffiku sakemm fil-post waslu l-Pulizija.
//= $special ?>

