Skont studju li sar mill-World Wildlife Fund (WWF), il-baħar Mediterran jinsab f’riskju hekk kif hu maħsub li l-industriji tal-baħar se jkomplu jikbru b’mod kostanti matul is-snin li ġejjin.
L-istudju, MedTrends, hu l-ewwel tat-tip tiegħu hekk kif ġew studjati numru ta’ industriji, fosthom it-tħaffir għaż-żejt, l-akkwakultura’, it-trasport marittimu u t-turiżmu fost l-oħrajn. Dan sar madwar tmien pajjiżi li jinkludu lil Malta, kif ukoll il-kroazja, Ċipru, Franza, l-Italja, il-Greċja, is-Slovenja u Spanja.
Il-WWF wissa’ li r-riżorsi diġa’ huma limitati u trid tittieħed azzjoni mmedjata għal ekonomija sostenibbli bbażata fuq il-baħar Mediterran.
Attwalment 20% tal-baħar Mediterran hu mogħti f’konċessjonijiet għat-tiftix u estrazzjoni ta’ minerali naturali, bħall-gass u żjut, biż-żona mistennija tikber b’erbgħa darbiet sal-2030.
Barra minn hekk kull sena t-trasport bil-baħar fil-Mediterran qed jiżdied b’4% u l-italja qed titlef 10 kilometri fis-sena mill-kosta minħabba bini. L-akkwakultura’ se tikber b’112% sal-2030.
//= $special ?>