Kunsilli Lokali Lokali

Tal-linja jieqfu jistennew il-ħin … fil-kantuniera!

Diversi residenti tas-Swieqi jinsabu urtati minħabba li xufiera ta’ karozzi tal-linja qed jagħżlu li jieqfu jistennew f’kantuniera sakemm isirilhom il-ħin biex isuqu.

Residenti li tkellmu ma’ NETnews.com.mt qalu li biex jgħaddu minn din it-triq, huma jkollhom imorru fuq in-naħa l-oħra tat-triq. Dan hekk kif il-karozzi li jkunu ġejjin mit-triq opposta jsibu ‘blind corner’, li tagħmilha diffiċli għas-sewwieqa li jaraw x’inhu ġej minn quddiemom.

Ir-residenti li tkellmu magħna saħqu li ħafna drabi jkunu se jaħbtu ma’ karozza li tkun ġejja mit-triq opposta, minħabba li dawn ma jkunux jistgħu jaraw x’ġej alihom. Min-naħa l-oħra, il-karozza li tkun ġejja mit-triq opposta ma tippretendix li kif iddur il-kantuniera se ssib karozza tipprova taqla’ lill-karozza tal-linja minħabba li dawn jkunu ipparkjati f’nofs karreġġjata.

Ir-residenti qalu li diġà għamlu talbiet lil Transport Malta biex jinbidel il-post fejn dawn il-karozza tal-linja jitwaqqfu sakemm isir il-ħin ħalli b’hekk jonqos il-periklu. Min-naħa tagħha, jirriżulta li Transport Malta ħadet din id-deċiżjoni mingħajr l-ebda konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali tas-Swieqi mmexxi mis-Sindku Noel Muscat.

Tal-Linja Jitwaqqfu Kantuniera Swieqi