Fl-Italja tħabbret il-mewt tad-direttur tal-films Ettore Scola. Hu kellu 84 sena u kien ilu f’koma minn nhar il-Ħadd.
Fost il-films l-aktar magħrufa tiegħu kien hemm ‘Il Sorpasso’, ‘C’eravamo tanti amati’ , ‘Una giornata particolare’ u ‘La famiglia’. Għall-film ‘Una giornata particolare’, l-attur Taljan Marcello Mastroianni kien nominat għall-Oscar tal-aħjar attur filwaqt li l-film stess kien nominat għall-Aħjar Film Barrani. Scola kien ukoll rebaħ il-Premju għall-Aħjar Direttur fil-festival tal-films ta’ Cannes għall-film ‘Brutti, Sporchi e Cattivi’.
Scola b’kollox idderiġa 41 film filwaqt li kiteb l-istorja għal kważi 90 film tul perjodu ta’ kważi 40 sena.
Tħabbret il-mewt tad-direttur Taljan tal-films Ettore Scola


