Sport Sport Ieħor

Formula 1: Qbil biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-magni

Jumejn ta’ diskussjonijiet waslu għal qbil biex jitnaqqsu l-prezzijiet filwaqt li jiżguraw li l-grid kollha tkun kompluta, sorsi qrib l-FIA qalu. B’ritorn għal prezzijiet orħos, ġie miftiehem li l-Formula 1 se tibqa’ bil-magni eżistenti V6 turbo hybrid tal-anqas sal-2020. Id-dettalji għadhom qed jiġu finalizzati, bl-intenzjoni li r-regoli l-ġodda jidħlu fis-seħħ fl-2018.

L-erba’ manifatturi tal-magni; Mercedes, Ferrari, Renault u Honda jagħtu s-saħħa tal-units lill-11-il tim fuq il-grid. Bħala miżura biex jgħinu li jitnaqqsu l-ispejjeż, intlaħaq qbil li s-sewwieqa se jkunu limitati għal tliet gearboxes kull staġun li huma mil-limitu ta’ ħamsa li hemm bħalissa. Il-prezz orħos li bih il-magni se jinbiegħu fil-futur għadu ma ħariġx fil-pubbliku f’dan l-istadju.

L-FIA kienet qed timmira li l-figura tinżel bejn kważi 7.9 miljuni u 9.5 miljuni Lira Sterlina li hu irħas mill-ispiża attwali ta’ 13.8 miljuni u 17.7 miljuni Lira Sterlina u jidher li dan l-għan intlaħaq. Sorsi jgħidu li dan il-qbil se jġib ukoll tmiem ta’ spekulazzjoni li kienu qed jindikaw li seta’ jkun hemm l-introduzzjoni għal magna alternattiva li tkun aktar irħisa.

Dan ma ġiex aċċetat mit-timijiet fl-aħħar ħarifa wara li dan ġie propost mill-kap tal-Formula 1 Bernie Ecclestone u l-President tal-FIA Jean Todt wara li naqsu li jaqblu dwar kapaċità fuq l-ispiża tal-magni. Iżda, il-possibiltà li Todt u Ecclestone jisfurzaw bidla baqgħet tal-anqas fit-teorija wara li l-FIA vvutat xahar ilu biex ttihom is-saħħa biex jagħmlu l-bidliet neċessarji biex iħallu l-infiq taħt kontroll.

Sorsi jgħidu li fir-realtà din kienet theddida vojta għaliex it-timijiet kienu jieħdu azzjoni legali li kien hemm xi ħaġa li ġiet introdotta barra r-regoli li jagħmlu l-protokol li hu miktub fil-kuntratti tat-timijiet. L-imbutattura għal magna alternattiva waslet wara l-kriżi li Red Bull kienu fiha l-istaġun li għadda.

Ir-relazzjoni bejn il-fabbrika tat-tim u Renault spiċċaw fi tmiem l-2015 u ma rnexxilhomx jassiguraw li jkollhom provvista mir-rivali Mercedes, Ferrari u Honda. Red Bull għandhom soluzzjoni temporanja għal 2016, li jużaw magna ta’ Renault filwaqt li jkun hemm isem ta’ sponsor fuq il-magna biex jenfasizzaw li f’sena il-karozza manifatturata fi Franza se tirritorna bħal sid ta’ tim fi dritt tagħhom wara li xtraw lil Lotus. Iżda l-ftehim ta’ Red Bull hu għal sena biss, u l-eks-champions xorta jridu jassiguraw li jkollhom magna għal 2017.