Lokali

Ftit wisq, tard wisq

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li l-kawża tal-Prim Ministru biex ireġġa’ lura d-deals korrotti ma’ Gaffarena qed issir disa’ xhur tard u hija ftit wisq, tard wisq.

Il-ħuta minn rasha tinten. F’dan l-akbar skandlu ta’ korruzzjoni fl-istorja politika Maltija, Muscat messu ħa passi disa’ xhur ilu, iżda stenna sakemm ma kellu ebda għażla oħra. Wara li għażel li jibqa’ jkaxkar saqajh, u minkejja din il-kundanna bla preċedent mill-Awditur Ġenerali, Muscat iddecieda li jħalli lil Michael Falzon fil-Grupp Parlamentari Laburista.

Kull darba li l-Prim Ministru jkun mistenni jieħu deċiżjoni dwar il-korruzzjoni, l-uniku interess tiegħu jkun li jkompli jsalva ġildu u mhux li jgħolli l-istandards f’pajjiżna. Il-Gvern ta’ Joseph Muscat jinsab fi kriżi ta’ korruzzjoni.