Lokali

Iktar kontroll f’Mater Dei kontra infezzjoni partikolari

Minn din il-ġimgħa fl-Isptar Mater Dei ddaħħlu miżuri iktar stretti marbuta mal-prevenzjoni tal-infezzjonijiet wara li, f’żona waħda tal-isptar, instabet enżima li tipproduċi tip ta’ pnewmonja f’erba’ pazjenti.

Ħadd mill-pazjenti s’issa m’għandu xi tip ta’ infezzjoni.

L-Isptar Mater Dei, fi stqarrija, spjega li l-enżima tirreżisti diversi mediċini u hi sensittiva biss għal ftit antibjotiċi. Għalhekk l-isptar qed joqgħod iktar attent biex din ma tinfirixx.