Lokali

Miftuħa l-kawża biex jitħassru t-trasferimenti abbinati mal-Iskandlu Gaffarena

Il-propjeta' li kienet fiċ-ċentru ta' dan il-każ

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fetaħ kawża fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra Mark Gaffarena u martu Josielle biex il-Qorti tħassar it-trasferimenti kollha li saru b’rabta maż-żewġ kuntratti ta’ tpartit ta’ artijiet u assi, li kienu propjetà tal-Gvern u biex il-Qorti tordna li jintradd kollox lura.

Flimkien mal-kawża, ġew ippreżentati wkoll Mandat ta’ Sekwestru għall-ammont li ġie mħallas fi flus lill-koppja Gaffarena u Mandat ta’ Inibizzjoni fuq it-trasferiment ta’ propjetajiet mogħtija lilhom bi tpartit.

Sadanittant, fuq Facebook, Michael Falzon baqa’ jsostni li hu dejjem kien onest u sinċier, filwaqt li sostna li se jibqa’ leali lejn il-Gvern u l-Partit Laburista.