Qorti

Student mill-Każakistan jingħata sentenza sospiża wara li hedded b’sikkina

Student mill-Każakistan, li kien f’Malta jistudja l-Ingliż, ingħata multa ta’ €116 u sentenza sospiża ta’ 10 xhur ħabs sospiża għal tliet snin wara li attakka studenti bħalu u heddidhom b’sikkina.

Aibek Manapov, ta’ 23 sena, ammetta l-akkużi miġjuba kontrih meta tressaq il-Qorti lbieraħ. Il-każ kien ġie aġġornat għal-lum.

Il-Qorti semgħet kif l-istudent, li kien ilu f’Malta minn Ottubru u kellu jdum sa Marzu, irritorna pajjiżu b’mod immedjat wara l-inċident.

Il-Prosekuzzjoni, immexxiija mill-ispettur Jonathan Ransley, qalet li ż-żagħżugħ tant kien ikkonsma alkoħol li t-test li sarlu ħafna wara l-arrest tiegħu kien baqa’ juri livell għoli ta’ alkoħol.

Il-Qorti rrimarkat kif dan l-inċident seta’ kellu konsegwenzi ferm iktar gravi.