Il-Kelliem tal-Oppozizzjoni Ryan Callus kiteb lill-MEPA biex jigi investigat il-mod kif inhareg il-permess ghall-bini ta’ villa f’nofs l-ghelieqi fis-Siggiewi.
L-istorja hi dwar il-każ tat-tifla tal-eks Deputat Laburista Bertu Pace, li hu l-konsulent tas-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes. Il-Gvern s’issa baqa’ sieket quddiem allegazzjonijiet serji dwar id-dokumentazzjoni falza fil-ħruġ tal-permess biex tinbena din il-villa fis-Siggiewi.
L-allegazzjonijiet gew zvelati fil-gazzetta The Sunday Times fejn intqal li l-binja fl-ghalqa kienet razzett. Dikjarazzjoni li saret minn persuna li fil-verita’ qatt ma kienet Assistant Vet Support Officer mad-Dipartiment tal-Iżvilupp Rurali. Allura din l-istess persuna ma kelliex il-kwalifiki biex tifffirma d-dikjarazzjoni…u l-permess ma kellu qatt jinhareg.
Waqt laqghat tal-Bord tal-MEPA li saret il-Hamis, Ryan Callus gie infurmat mill-Kap Ezekuttiv Johann Butigieg li x-xoghlijiet fuq il-villa twaqqfu sal-1 ta’ Marzu. Dan minhabba li s-sid ma nfurmx lill-Awtorita’ li se jibda l-izvilupp. Ryan Callus insista mac-chairman Vince Cassar biex sal-1 ta’ Marzu l-MEPA jkollha f’idejha l-ezitu tal-investigazzjoni li qed issir mid-Dipartiment tal-Izvilupp Rurali.
L-Oppozizzjoni qed isejjaħ lill-MEPA biex tassigura li, fid-dawl tal-allegazzjonijiet, minnufih jiefqu x-xogħlijiet li qed jeqirdu 280 metru kwadru ta’ art agrikola biex tiġi żviluppata villa għat-tifla tal-konsulent ta’ Roderick Galdes.
Appella wkoll lill-Kummissarju tal-Ambjent fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ombudsman biex jibda investigazzjoni dwar l-allegazzjonijiet li jagħmlu l-permess wieħed skandaluż, kif ukoll sejjaħ lill-awtoritajiet konċernati, nkluż il-Kummissarju tal-Pulizija, biex jinvestigaw jekk twettaqx reat kriminali f’dak li jista’ jkun dikjarazzjoni falza minn min iffirma d-dikjarazzjoni bhala Assistant Vet Support Officer.
//= $special ?>