Astronomi Amerikani qalu li għandhom ‘provi qawwija’ dwar l-eżistenza tad-disa’ pjaneta fis-sistema solari tagħna. Huma jsostnu li din il-pjaneta qed iddur ma’ orbita ferm lil hinn mill-pjaneta Pluto.
L-astronomi, mill-California Institute of Technology (Caltech), għalissa ma għandhomx osservazzjonijiet diretti li jikkonfermaw il-preżenza ta’ din il-pjaneta. Fil-fatt, ix-xjenzati qegħdin jibbażaw it-teorija fuq il-movimenti ‘indikati’ ta’ oġġetti fl-ispazju mbiegħed.
F’każ li jippreżentaw provi ‘irrifjutabbli’, il-pjaneta potenzjali għandha tkun għaxar darbiet akbar mid-dinja tagħna.
L-astronomi mal-Caltech għandhom ‘idea vaga fejn għandha tkun il-pjaneta’ u l-ħidma tagħhom mistennija tqajjem ‘kampanja globali biex tinstab’ – fost oħrajn, b’teleskopji qawwija li jistgħu jindikawha mingħajr ħjiel ta’ dubju.
//= $special ?>