Sport

Aġġornata : Rowen Muscat jiffirma b’self ma’ A.C. Pavia wara li falla t-trasferiment ma’ Ascoli

It-tim tal-programm Replay, permezz tal-paġna tiegħu fuq facebook, żvela li l-klabb Taljan li Rowen Muscat iffirma mat-tim ta’ A.C. Pavia li jifforma parti mill-Lega Pro u li hu viċin li jista’ jikseb promozzjoni għas-Serie B fl-aħħar tal-istaġun.

L-internazzjonali Malti ta’ B’Kara, Rowen Muscat jiffirma b’self ma’ A.C. Pavia. F’dan ir-ritratt esklussiv għal Replay, Muscat jidher jiffirma mal-klabb.

Muscat se jkun qed iħalli Malta għada fid-9am għal Milan. Mal-wasla tiegħu Muscat se jkun qed jingħata merħba mill-uffiċjali tal-klabb, bil-post jinsab 45 minuta biss ‘il bogħod minn Milan. Muscat se jkun qed jagħmel it-testijiet mediċi għada stess u possibilment jiffirma filgħaxija f’dak li hu mifhum li hu ftehim kważi identiku li B’Kara diġa’ kellhom ma’ Ascoli.