Anzjan ta’ 79 sena minn Birżebbuġa sofra feriti gravi iżda mhux fil-periklu li jitlef ħajtu wara li dalgħodu ntlaqat minn karozza f’Birżebbuġa stess.
Għall-ħabta tal-10.30am, l-anzjan kien qed isuq ir-rota fi Triq San Tumas meta għal xi raġuni ntlaqat mill-vettura tat-tip Smart, misjuqa minn raġel ta’ 45 sena minn Birżebbuġa wkoll.
Fil-post issejħu l-Pulizija mill-Għassa ta’ Birżebbuġa u anke tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Wara li ngħata l-ewwel kura medika fil-post, l-anzjan ittieħed l-Isptar għal aktar kura.
Hemm, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn feriti ta’ natura gravi kawża ta’ xi ksur li ġarrab. Madankollu, fortunatament, hu ma jinsabx fil-periklu li jitlef ħajtu.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>
