Front Ħarsien ODZ talab kjarifika dwar il-bidla proposta għall-policy tal-MEPA dwar Ħal Far.
Front Ħarsien ODZ qed jitlob lill-MEPA tiċċara jekk il-bidla fl-iżvilupp identifikat għal Ħal Far, għal wieħed industrijali, hux se jkun kumpatibbli mal-ħolqien ta’ motor racetrack fiż-żona.
Il-front tenna l-pożizzjoni tiegħu li din il-pista għandha tkun ikkunsidrata biss wara li jsiru studji komprensivi u olistiċi dwar is-sostenibilità. Tenna wkoll li art ODZ għandha tiġi eskluża milli tiġi kkunsidrata għal dan it-tip ta’ żvilupp.
//= $special ?>

