Hekk kif qed tkompli r-rankatura ‘l isfel għall-prezz internazzjonali taż-żejt, il-Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi issa ħabbar li l-poplu Malti se jibqa’ jixtri l-petrol u d-diesel bi prezz fiss u għoli għal tliet xhur oħra … sa April li ġej.
Kien il-Ministru Mizzi stess li ħabbar dan f’konferenza tal-aħbarijiet, għalkemm naqas milli jgħid b’kemm se jkunu qed jonqsu l-fuels f’pajjiżna. Fl-istess waqt, tenna li l-konsumatur Malti mhux veru li qed iħallas flus żejda.
Qal ukoll li ż-żieda fit-taxxa tas-sisa, li għoliet bi tliet ċenteżmi fl-aħħar Baġit, hi deċiżjoni konxja tal-Gvern.
//= $special ?>

