Illejla f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi se ssir is-Semi Finali tal-Malta Eurovision Song Contest. B’kollox, se jkunu qed jipparteċipaw 20 kanzunetta, li minnhom illejla jridu jgħaddu 14.
Il-kanzunetta rebbieħa, li se tirrappreżenta lil Malta fil-61 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest fil-kapitali Żvediża Stokkolma, tintgħażel fis-serata Finali ta’ għada.
Il-kantanti għal din l-edizzjoni setgħu jissottomettu aktar minn kanzunetta waħda, għalkemm setgħu biss jikkompetu fis-Semi Finali b’massimu ta’ żewġ kanzunetti u waħda fil-Finali.
Din l-edizzjoni qed tara r-ritorn ta’ Ira Losco, fejn fis-Semi Finali se tinterpreta żewġ kanzunetti.
//= $special ?>

