Knisja Kultura

Illum tiġi ċċelebrata l-festa liturġika ta’ San Publju

Illum 22 ta’ Jannar tiġi ċċelebrata l-festa liturġika ta’ San Publju. San Publju flimkien ma’ San Pawl u Sant’Agata huwa qaddis protettur ta’ Malta. San Publju, l-Ewwel Isqof ta’ Malta huwa wkoll il-Patrun tal-Floriana. Fil-Floriana l-festa ta’ San Publju tiġi ċċelebrata fit-tieni Ħadd fuq l-Għid il-Kbir u hija meqjusa bħala l-festa li tiftaħ il-kalendarju tal-festi Maltin.

Meta San Publju, fis-sena 60 W.K. huwa laqa’ ‘il San Pawl f’Malta, huwa kien il-gvernatur tal-gżira, u ħafna kienu jsejħulu l-Protos. Publju kien dak in-nobbli, magħżul min-nobbli oħra Maltin biex imexxi l-Malta. F’dak iż-żmien Malta kella l-privileġġi ta’ manuċipju u waħda mill-vantaġġi ta’ dan kien li n-nies tal-gżira stess jagħżlu l-wieħed Malti bħalhom biex imexxihom. Publju laqa’ l-Pawlu f’daru għal tlett ijiem, u kif inhu miktub fl-iskrittura tal-Atti tal-Appostli, San Pawl fejjaq ‘il missier Publju.

Il-Prinċep San Publju ġie ikkanonizzat fis-sena 1634 mill-Papa Urban III. Huwa miet martri fis-snin tal-Imperatur Dirjanu,u miet għall-fidi bil-mewta kiefra tal-iljun. L-imħabba lejn dan il-qaddis Malti tmur lura għall-aħħar perjodu tas-seklu 17, fejn minn hemm bdiet id-devozjoni lejn dan il-qaddis li kien l-ewwel ragħaj spiritwali ta’ Malta.

Ir-ritratt t’hawn isfel juri l-Bieb tal-Imdina minn Pjazza San Publju fl-Imdina, naraw fid-dettall it-3 protetturi ta’ Malta – fuq ix-xellug jidher San Publju, San Pawl fin-nofs u Sant’ Agata fuq il-lemin.

bieb Imdina - qaddisin proteturi