Ambjent Lokali

Investigazzjoni fil-MEPA wara li Uffiċjali tal-Infurzar żvelaw min irrapporta illegalità

Fi ħdan l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), bdiet investigazzjoni wara li żewġ Uffiċjali tal-Infurzar żvelaw id-dettalji personali tal-Ambjentalist Alan Deidun, li rraport illegalità fil-Gudja. Il-każ ħareġ fil-beraħ wara li l-Erbgħa li għadda, sid il-propjetà illegali mar ifittex lil Deidun fir-residenza tiegħu stess wara li kien ordnat mill-MEPA biex ineħħi l-illegalitajiet.

F’kumment lil NETnews.com.mt, Alan Deidun qal li dan ma kienx l-uniku każ tax-xorta tiegħu, tant li wara li ħareġ fil-beraħ, Ambjentalisti oħrajn tennew każi simili. Hu esprima t-tħassib tiegħu li dan il-każ, minkejja li personalment ma ħassux taħt theddida partikolari, jista’ jħalli impatt ħażin fuq persuni oħra li issa jibżaw jirrappurtaw.

Alan Deidun appella biex mhux biss l-investigazzjoni tal-MEPA tħalli l-frott, iżda fuq kollox twassal biex l-Awtorità tirranġa l-prattiċi nieqsa mill-etika li tħaddan.