Internazzjonali

Jiżdied l-inkwiet fit-Tuneżija

epa05116311 A photograph made available on 21 January 2016 shows Tunisian protesters blocking the road during clashes with policemen in Kasserine, Tunisia, 20 January 2016. Reports state one policeman was killed in clashes between security forces and protesters demanding jobs in Tunisia's western-central province of Kasserine, a security official said on 21 January. The protests in Kasserine started at the weekend after an unemployed young man reportedly suffered a deadly electric shock when he climbed a power pole to protest a rejected job application. EPA/STR

L-awtoritajiet fit-Tuneżija imponew curfew għal matul il-lejl, effettiv għall-pajjiż kollu, bħala reazzjoni għall-inkwiet li qed jiżdied dwar in-nuqqas ta’ xogħol. Dan waqt li l-protesti li qamu madwar il-pajjiż irriżultaw f’sensiela ta’ inċidenti vandali f’numru ta’ bliet.
Il-Ministeru tal-Intern f’Tuneż fisser l-impożizzjoni tal-curfew bħala azzjoni meħtieġa u meta l-attakki fuq proprjetà privata u tal-pubbliku ‘jirrappreżentaw periklu għall-pajjiż u ċ-ċittadini tiegħu’.
Numru ta’ għases tal-Pulizija spiċċaw attakkati minn gruppi ta’ nies matul il-lejl tal-Ħamis u l-Ġimgħa, bir-riżultat li l-uffiċjali tas-sigurtà kienu kostretti jużaw il-gass tad-dmugħ kontra xi dimostranti armati bil-ġebel u bombi magħrufin bħala molotov cocktails.
Sadanittant, gruppi ta’ żgħażagħ attakkaw bank, filwaqt li serqu minn ħwienet u mħażen lejn il-limiti ta’ Tunis, il-kapitali tat-Tuneżija.
Il-Prim Ministru Tuneżin, Habib Essid, kellu jaqta’ fil-qasir żjara fi Franza biex jieħu ħsieb il-protesti, li bdew nhar il-Ħadd wara li żagħżugħ li ma irnexxilux jikseb xogħol mal-Gvern tela’ ma’ arblu tad-dawl bi protesta u miet b’xokk elettriku wara li kien tfixkel fil-wires.