L-irġiel f’dan il-pajjiż qed ikunu sfurzati jneħħu d-daqna bħala parti minn kampanja tal-Gvern li tħares kontra r-radikaliżmu. Fil-fatt, il-Pulizija fir-reġjun ta’ Khatlon qalu li qaxxru d-daqna ta’ kważi 13,000 raġel skont il-kriterji tal-kampanja.
L-impenn jesiġi l-ħtieġa li l-poplu jikkumbatti r-radikaliżmu fost l-inkwiet li r-reġjun tal-Asja Ċentrali jsegwi t-triq għall-estremiżmu u l-konfronti, bħalma seħħ diġà f’pajjiżi bħall-Afganistan, l-Iraq u s-Sirja.
Fl-aħħar snin, mijiet ta’ eluf ta’ rġiel fit-Taġikistan spiċċaw arrestati (uħud minnhom fit-toroq) talli ħallew id-daqna, b’sorsi fil-kapitali Dushanbe jgħidu li l-kampanja ‘tikkontrolla xejriet meqjusa bħala inkonsistenti mal-kultura tat-Taġikistan’. L-impenn hu wkoll parti minn kampanja aktar wiesgħa mill-Gvern kontra l-firxa ta’ prattika kulturali Iżlamika fis-soċjetà tat-Taġikistan u biex jippreserva t-tradizzjonijiet sekulari.
Kampanja kontra d-daqna li hi simbolu tar-‘radikaliżmu’
