Il-kantanta ċelebri Mariah Carey u l-biljunarju James Packer qegħdin jaħsbu fiż-żwieġ xhur biss wara li kienu kkonfermaw ir-relazzjoni ta’ bejniethom (li ħarġet fil-beraħ f’Ġunju li għadda).
Ir-rappreżentanti għal Carey, li għandha 46 sena, ħabbru l-engagement tal-koppja lid-Daily Mail tal-Awstralja u qalu li dan seħħ fi New York, fl-Istati Uniti. Mariah Carey issa qed tidher b’ċurkett bi djamant li jingħad li jiswa $7.5 miljuni u wara li pproponielha Packer, li hu sena akbar minnha u li hu s-sid biljunarju ta’ kumplessi tal-casino.
Mariah Carey, issa, qed timmira għal żwieġ fis-sod wara diżappunti preċedenti. L-eks irġiel f’ħajjitha kienu Nick Cannon (li miegħu għandha żewġt itfal) u Tommy Mottola, li hu eżekuttiv fil-qasam tal-mużika.
Sadanittant, James Packer ukoll qed jantiċipa t-tielet żwieġ f’ħajtu. Hu, fl-2013, kien issepara minn ma’ Erica Packer wara sitt snin ta’ żwieġ waqt li anki kien miżżewweġ għal tliet snin ma’ Jodhi Meares.
//= $special ?>