Id-diskussjoni tal-lejla waqt il-programm Newsdesk immexxi mill-ġurnalist Jerome Caruana Cilia se tkun dwar l-istħarriġ tal-Maltatoday li jikkonferma x-xejra ta’ qalba fil-voti mill-Partit Laburista għall-Partit Nazzjonalista meta wieħed iqabbel mal-aħħar elezzjoni ġenerali. Il-mistieden huwa l-opinjonista u kandidat tal-Partit Nazzjonalista, Hermann Schiavone.
Bħalissa d-distakk bejn iż-żewġ mexxejja huwa l-anqas li qatt kien, u jikkonferma kemm qed tonqos il-fiduċja f’Joseph Muscat.
Se tiġi diskussa wkoll ir-riżenja ta’ Michael Falzon minn Segretarju Parlamentari.
Il-Partit Nazzjonalista qed jisħaq li f’dan l-akbar skandlu ta’ korruzzjoni fl-istorja politika Maltija, il-Prim Ministru Joseph Muscat messu ħa passi disa’ xhur ilu, iżda stenna sakemm ma kellu ebda għażla oħra. Wara li għażel li jibqa’ jkaxkar saqajh, u minkejja din il-kundanna bla preċedent mill-Awditur Ġenerali, Muscat iddecieda li jħalli lil Michael Falzon fil-Grupp Parlamentari Laburista.
Newsdesk: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-6.30pm fuq Radio 101
Tista’ tipparteċipa b’mod LIVE billi ċċempel fuq 21230101, tibgħat SMS fuq 50613101 jew tibgħat e-mail fuq studio@radio101.com.mt.
//= $special ?>