Lokali

Ser jitkompla x-xogħol preparatorju għal proġett tal-Kappara Junction

Minn nhar it-Tnejn 25 sal-Ġimgħa 29 ta’ Jannar, parti minn Triq Birkirkara San Ġwann, ser tkun magħluqa għat-traffiku.

It-traffiku li ġej minn Triq Tas-Sliema il-Kappara lejn Triq in-Naxxar San Ġwann mhux ser jiġi affettwat. It-traffiku li ġej minn Triq in-Naxxar San Ġwann lejn Triq Tas-Sliema il-Kappara ser jgħaddi minn toroq alternattivi.

It-trasport pubbliku:

Rotta 120 minn San Ġiljan lejn l-isptar Mater Dei ser tgħaddi minn Triq R. Caruana Dingli għal Triq Bellavista.  Mhux ser ikun provdut servizz fl-inħawi tal-parroċċa ta’San Ġwann. Ir-rotta lejn Pembroke P & R mhix ser tiġi affettwata.

Is-sewwieqa huma mitluba jsuqu b’attenzjoni u jsegwu s-sinjali tat-traffiku.

Transport Malta tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.

Map Link

https://www.google.com/maps/d/edit?mid=z11wgms4w0tA.kmBHQhx5i0Ks&usp=sharing