Lokali

Anzjan isofri ġrieħi gravi wara li ttajjar f’ Tas-Sliema

Ritratt: Arkivji

Anzjan ta’ 84 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei għal kura wara li ttajjar minn karozza f’Tas-Sliema.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:45 fi Triq Santa Marija, f’ Tas-Sliema.

L-anzjan ta’ 84 sena ittajjar minn karozza tat-tip Seat Ibiza misjuqa minn raġel ta’ 55 sena mill-Birgu.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjan l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn ġie ċċertifikat li sofra xi ġrieħi gravi iżda fortunatament ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.