Lokali

Ir-riżultat tal-inkjesta dwar l-inċident f’Paceville… Id-diretturi tal-istabbiliment se jitressqu l-Qorti

Numru kbir ta’ persuni, li l-ammont tagħhom għadu speċifikat, se jitressqu l-qorti akkużati b’diversi akkużi inkluż li kkaġunaw feriti gravi fuq numru ta’ persuni b’konnessjoni mal-inċidenti li seħħu fl-istabbiliment Plus One f’Paceville fil-15 ta’ Novembru 2015.

Il-persuni li se jitressqu l-qorti jvarjaw minn diretturri tal-istabbilment, uffiċjali tas-sigurtà, impjegati, diretturi ta’ kumpaniji li jipprovdu servizzi ta’ sigurtà u minuri li kienu fil-post illegalment.

F’laqgħa mal-ġurnalisti lbieraħ filgħodu l-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici ppreżenta r-rapport tal-inkjesta tal-Maġistrat Doreen Clark u tkellem ukoll dwaru.

Il-Ministru Bonnici qal li l-parir tal-Avukat Ġenerali hu li jittieħdu l-passi kriminali fil-konfront tal-persuni identifikati fl-inkjesta l-indikazzjonijiet ikunu dawn se jitressqu fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla.

Jirriżulta li l-każ beda meta kien hemm diżgwid bjen żagħżugħ ta’ 17-il sena u barranin li ma kinx identifikat fil-Plus One. Il-Malti Zach Latif ta’ 18-il sena, intervjena fil-ġlieda billi sprejja pepper spray fid-direzzjoni tal-barrani. Il-pepper spray inxtered mal-post kollu u l-effetti bdew jinħassu mill-persuni li kienu fil-post.

Għalhekk uħud minn dawkl li kienu ġewwa ddeċidew li joħorġu mill-post l-uffiċjal tas-sigurtà Bojan Spaci induna li kien hemm persuni li kien qed iħosshom ħażin u għalhekk beda jkeċċi lin-nies ’il barra mill-bieb li jagħti għat-triq.

Il-persuni kollha fil-Plus One bdew jipprovaw joħorġu ‘l barra b’mod diżordinat u l-maġġoranza ipprovaw joħorġu mill-istess bieb li jagħti għat-triq. Dan wassal għal iffullar fit-taraġ u stat ta’ paniku bin-nies jitgerbu fuq xulxin u jaqgħu. Fil-parti t’isfel akkumulat massa ta’ nies. Jirriżulta li kien hemm nuqqas ta’ komunikazzjoni bejn l-uffiċjali tas-sigurtà ta’ Plus One. Il-pressjoni fit-taraġ wasslet biex infaqa’ l-poġġamann u numru ta’ nies spiċċaw waqgħu għal isfel.

L-inkjesta stabbiliet li s-Soċjetà li tmexxi l-Plus One hi t-Thee Sixty Ltd u li l-MTA ħarġet il-liċenzja għal disco u nightclub fl-2003 lil Carlos Schembri f’isem Hugo Cast and Co Ltd u mhux lis-Soċjetà Three Sixty Ltd. Fl-2004 Three Sixty Ltd ikkummissjonat saftey audit ta’ Plus One iżda ma jririżultax li saret analiżi oħra dwar ir-riskju mnn dakinhar.

L-inkjesta kkonkludiet li fil-Plus One hemm diversi bibien iżda l-ebda wieħed minnhom ma jidher li jilħaq l-istandards biex jikkwlaifikaw bħala biien ta’ emerġenza. Skont l-esperti l-Plus One għandu kapaċità ta’ madwar 200 persuna iżda fil-ħin tal-inċident kien hemm mill-inqas 450 persuna.

Il-poġġaman u l-ħġieġ u l-mod kif dawn twaħħlu ma kinx sikur u adegwat. Plus One kellu ħruġ effettiv ta’ emerġenza wieħed biss li kien il-bieb ta’ barra. L-ammont ta’ kimika li Latif sprejja kienet il-fattur prinċipali li ħolqot rassa kbira.

Jirriżulta li kien hemm mill-inqas 34 persuna taħt is-17-il sena u li l-maġġoranza tagħhom daħlu mingħajr ma ħadd waqqafhom jew talabhom l-IC Card jirriżulta li wkoll miż-żgħażagħ taħt is-17-il sena ikkunsmaw alkaħol mibjugħ lilhom mill-Plus One stess. Kien hemm diversi persuni li kien qed ipejpju, inkluz Bojan Spasic.

Jirriżulta li wħud mill-persuni li kienu xogħol fil-Plus One ma kinx reġitrati bħala impjegati tat-Three Sixty Ltd mal-ETC. Spasic ma kinx reġistrat bħala impjegat tas-soċjetà Executive Security Servces mal-ETC. Mhux il-persuni kollha li jaħdmu bħala uffiċjali tas-sigurtà u impjegati mat-Three Sixty Ltd għandhom liċenzja biex jaħdmu bħala gwardjani privati. Spasic m’għandux din il-liċenzja. It-Three Sixty Ltd ma tagħti l-ebda taħriġ lill-persuni li jaħdmu fi Plus One f’materji ta’ saħħa u sigurtà.

L-inkjesta stabbiliet numru ta’ akkużi foshotm li l-akkwist illegal ta’ pepper spray, il-feriti ħfief fuq il-pesuni li sofrew mill-pepper spray, il-feriti gravi fuq il-persuni li weġġgħu, in-nuqqas ta’ ħasrien tas-saħħa u s-sigurtà. Dan flimkien man-nuqqas ta’ evalwazzjoni xierqa, suffiċjenti u sistematika tal-periklu għas-saħħa u s-sigurtà, in-nuqqas ta’ tħaris ta’ regolamenti dwar ir-rotot ta’ emerġenza u n-nuqqas ta’ tħaris tal-istandards dwar projbizzjoni ta’ aċċess lill-minuri.

L-inksjeta stabbilit ukoll ksur tar-regoli taż-żamma u t-tmexxija ta’ stabbiliment li jipprovdi l-ikel, trasferiment ta’ liċenzja mingħajr il-permess bil-miktub tal-MTA, bejgħ ta’ alkoħol lil minuri taħt is-17-l sena u konsum ta’ alkaħol minn minuri.

L-inkjesta sabet ukoll li persuni taħt is-17-il sena tħallew jidħlu f’post ta’ divertiment, sar bejgħ ta’ sigaretti permzz ta’ magna awtomatika meta l-makna ma knitx taħt superviżjoni, sar titjib f’post magħluq, ġie permess titjip f’post magħluq, ma saritx notifika lill-ETC dwar persuni mpjegati u li x-xogħol ta’ gwardjani privati ma sarx minn persuni b’liċenzja awtorizzata.

Fost il-persuni l-inkjesta identifikat bħala passibbli biex jittieħdu passi kontriehom hemm Zach Latif; id-diretturi ta’ Three Sixty Ltd Carlos Schembri u Jonathan Grima; id-diretturi ta’ Executive Security Services fosthom Stehpen Ciangura; Bojan Spasic; id-diretturi ta’ Hugo Cast and Co Ltd Hugo Chetcuti u Francis Gauci u l-licensee Carlos Schembri; il-bar tenders Clayton Camilleri u Vanessa Farrugia, il-managers Joseph Rivans u Mark Azzopardi u l-minuri li xtraw alkaħol mill-post.

Mistoqsi jekk hux se jittieħdu passi kontra xi uffiċjal pubbliku ta’ xi awtorità pubblika li kellu r-responasbbiltà li jissorvela r-regoli, il-Ministru Bonnici qal li l-inkjesta ma identifikax dawn il-persuni.

Il-Ministru Bonnici tkellem dwar il-mod mgħaġġel li ħadmet bih il-Maġistrat Doreen Clarke li lestiet l-inkjesta f’inqas minn tliet ġimgħat. Mistoqsi kif sar dan meta normalment l-inkjesta jdumu perjodu ferm itwal biex jitlestew u jekk kienx hemm xi forma ta’ pressjoni, il-Ministru Bonnici ċaħad li kien hemm pressjoni u qal li l-Maġistratura qed topera b’mod iktar effiċjenti fejn qed jitlestew iktar inkjesti milli jidħlu.

Dwar x’passi se jieħu l-gvern issa li għandu din l-inkjesta f’idejh, il-Ministru Bonnici qal li l-gvern diġà beda jattwa l-azzjonijiet billi qed janalizza l-liġijiet eżistenti u t-twaqqif ta’ entità ġdida dwar il-ħarsien tas-sigurtà.