Illejla tħabbru l-erbatax-il finalisti li se jkunu qed jissieltu biex jirrappreżentaw lil Malta fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Eurovision Song Contest.
Il-kanzunetti li għada s-Sibt se jkunu qed jipparteċipaw fis-serata finali huma dawn, fl-ordni li tħabbru:
- Flashing Lights – Raquel
- Fire Burn – Dominic
- Lighthouse – Kim
- Kingdom – Christabelle
- All Around the World – Deborah C
- Little Love – Franklin
- Under the Sun – Daniel Testa
- Falling Glass – Corazon
- Chameleon – Ira Losco
- The Flame – Jessika
- You’re Beautiful – Lawrence Grey
- Golden – Brooke
- Alive – Jasmine
- Young Love – Maxine
B’kollox ipparteċipaw 20 kanzunetta, iżda kienu 14 li għaddew għas-serata finali. Is-serata tal-lejla ttellgħet f’Dar il-Mediterran u kienet preżentata mill-attur Ben Camille.
Għada, l-kanzunetta rebbieħa tintgħażel wara li jitqassmu l-voti mill-membri tal-ġurija. It-televoting tal-pubbliku jkun jgħodd daqs membru wieħed tal-ġurija.
Il-kanzunetta rebbieħa tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest li se jsir f’Mejju li ġej fl-Isvezja.
//= $special ?>
