In-nies iffissati dwar l-aljeni, li għandhom il-laqam ta’ alien hunters, qalu li lemħu UFO ‘qed ikun interċettat minn ajruplani militari’ fil-Bulgarija.
Intbagħtu ritratti fuq forums li jindikaw ‘UFO iffurmat bħal plattin’ qed jiċċirkola fl-ajru, ‘il fuq minn xi fighter-jets. Skont il-Website Portal 12, wieħed mill-qarrejja pprovda r-ritratti li ttieħdu f’Nova Zagora, fin-nofsinar tal-Bulgarija. Ingħad li l-ajruplani ‘ġrew wara l-oġġett misterjuż’ li jingħad kien qed itir fil-baxx fuq il-villaġġi ta’ Gaz, Zagortci u Han Asparuhovo.
Ir-rapport sostna li l-avveniment intlemaħ minn numru ta’ persuni, iżda ma ppreżentawx ruħhom ‘sorsi oħrajn’ biex jikkonfermaw ‘id-dehra tal-UFO’. Intant, l-istess rapport jgħid li l-ispettaklu dam għal ftit minuti, ‘qabel il-UFO bidel id-direzzjoni f’daqqa, bil-konsegwenza li l-ajruplani militari wkoll kellhom iwettqu xi manuvri spettakolari’.
//= $special ?>