Lokali

Multa ta’ €1,300 mnaqqsa għal €23

Raymond Debono ta’ 56 sena li kien immultat €1,300 wara li nstab ħati li saq taħt l-influenza tax-xorb tnaqsitlu l-multa għal €23. Il-multa tnaqset wara li Debono nstab ħati biss li ma kellux id-dawl tal-karozza mixgħul.

Il-każ imur lura għal Marzu, meta Debono ġie mmultat €1,300 wara li nstab ħati li saq taħt l-influenza tax-xorb u li ma kellux id-dwal mixgħulin, u mhux li rrifjuta li jagħmel it-test tal-alkohol. Filwaqt li f’Diċembru tal-2013, Debone kien akkużat li saq meta kien taħt l-influenza tal-alkohol u mingħajr ma kellu d-dwal tal-karozza mixgħulin, kif ukoll, li rrifjuta li jagħmel il-breathalyser.

Iżda Debono apella mis-sentenza u rrimarka li huwa m’għamilx it-test tal-breathalyser minħabba li kien muġugħ fl-inċident li kien involut fih u mhux b’kapriċċ. Debono kien ittieġed l-isptar wara dan l-inċident fejn irriżulta li kien qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. Eventwalemnt irriżulta li Debono ma setax jieħu nifs minħabba il-ġrieħi u għalhemm ma setax isir it-test tal-breathalyser.

Jidher li persuna waħda tat x’jifhem li kien xurban għal mod ta ‘kif tkellem u ta’ kif mexa, iżda Debono seta aġixxa hemm minħabba l-ġrieħi li sofra. Filwaqt li l-pulizija xehdu li kellu riħa żgħira ta’ alkohol.