Madwar 35 ristorant madwar iċ-Ċina nstabu ħatja dwar l-użu illegali ta’ l-opju .
Is-sidien ta’ ħamsa minn dawn ir-ristoranti trequ l-qorti waqt li 30 ristoranti oħra (fiċ-Ċina) jinsabu taħt investigazzjoni. Rapporti oħra qalu li l-awtoritajiet lokali qed ikunu mħeġġa biex jgħinu lill-investigaturi ħalli jsibu s-sorsi tal-peprin. Dan meta t-trab tal-peprin, li jinkludi ammonti ta’ opiates, hu pprojbit bħala mezz li jħawwar il-palat.
Hu minnu li numru ta’ ristoranti fiċ-Ċina, fil-passat, inqabdu jużaw il-poppy powder. Fl-2012, seba’ ristoranti fil-provinċja ta’ Ningxia ngħalqu tallu użaw il-peprin partikolari waqt li, fl-2004, l-awtoritajiet fil-provinċja ta’ Guizhou kienu għalqu mal-215 il-stabbiliment għal abbuż simili.
Iċ-Ċina, fl-aħħar snin, intlaqtet minn sensiela ta’ skandli fis-settur tal-ikel, fejn, fl-2008, spikka l-mewt ta’ sitt itfal minn trab tal-ħalib kontaminat bil-kimika industrijali. Il-ħalib inkwistjoni kien marrad aktar minn 300,000 tfal Ċiniżi.
//= $special ?>