Il-Plejer tat-tim Nazzjonali Malti tal-Waterpolo Stevie Camilleri illejlla spiċċa bħala t-top scorer fil-Kampjonati Ewropej li ntrebħu mis-Serbja, b’total ta’ 21 goal minn 7 partiti. Fit-tieni post spiċċa il-plejer Ungeriż, Denes Andor Varga b’19-il goal.
Camilleri skorja 7 goals fir-rawnd preliminari u 14-il goal fil-partiti ta’ klassifikazzjoni, biex skorja total ta’ 21 goal minn 55 konklużjoni.
//= $special ?>

