Fl-Amerika Latina, diversi Gvernijiet qed iwissu n-nisa biex għalissa jevitaw li jispiċċaw tqal minħabba marda li qed tinxtered min-nemus u li qed twassal biex trabi jitwieldu b’ras żgħira ħafna. F’xi pajjiżi n-nisa kienu mwissija beix jevitaw it-tqala għal sentejn. Virus li kontriħm’hemm ebda tilqim jew mediċina.
L-awtoritajiet qed javżaw dan il-pass sakemm isir magħruf aktar dwar il-virus Zeka li jinġarr min-nemus u li feġġ l-ewwel darba fl-Afrika fis-snin erbgħajn imma dan l-aħħar instab fil-Brażil minn fejn infirex lejn pajjiżi oħra.
Sadattant il-Gvern Amerikan wissa lin-nisa tqal biex jevitaw li jivjaġġaw lejn 20 pajjiż fl-Amerika Latina fejn kienu reġistrati każi taz-Zeka.
Aktar dwar il-virus taz-Zeka f’dan il-link
//= $special ?>