Il-Front Ħarsien ODZ fi stqarrija esprima l-appoġġ tiegħu għal posizzjoni ta’ numru ta’ għaqdiet li ġadu posizzjoni kontra l-iżvilupp fuq art protetta u biswit żona ta’ importanza ekoloġija magħrufa bħala Tal-Munxar f’Marsaskala.
Fl-istqarrija il-Front Ħarsien ODZ esprima sodisfazzjon ukoll għal posizzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala iżda saħaq li l-istess Kunsill għandu jopponi l-iżvilupp fil-Ponta taż-Żonqor li ukoll ser tkun żviluppata fuq art ODZ. Il-Front Ħarsien ODZ qal li m’għandhomx ikunu biss il-Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista u l-Viċi Sindku Laburista li jopponu dan l-iżvilupp ta’ non-universita’ non-Amerikana filwaqt li qal li jekk il-Kunsilliera ‘favur Sadeen’ jżommu l-posizzjoni preżenti ma’ jkunux qed juru konsistenza bil-kwistjoni kollha tkun tixbah farsa.
Front Ħarsien ODZ qal li l-iżvilupp propost fil-Munxar f’Marsaskala aktar jixbaħ dak ta’ lukanda milli ta’ agro turiżmu u ddeskriva dan l-iżvilupp bħala karikatura tal-politika approvata fl-2014, bl-istess front isostni li dan il-proġett huwa konsegwenza ta’ l-istess politika.
Front Ħarsien ODZ ħeġġeġ lil MEPA sabiex b’mod immedjat tibdel il-politika tagħha u tipprojbixxi kull żvilupp turistiku jew ta’ akkomodazzjoni fuq art ODZ filwaqt li toffri protezzjoni akbar għal żoni ta’ Level 3. “L-agro turiżmu għandu jkun ristrett għal rziezet fil-pajsaġġ diġa eżistenti” temm jgħid il-Front Ħarsien ODZ fl-istqarrija.
//= $special ?>