Inċident bejn żewġ karozzi fi Triq Sant’ Andrija f’San Ġiljan il-bieraħ filgħaxija għal ħabta tad-disgħa neqsin kwart ħalliet erbgħa persuni midruba, tnejn f’kundizzjoni kritika.
Il-ħabta seħħet bejn Fiat Punto misjuqa minn raġel ta’ 41 minn Ħaż-Żabbar u Mazda 121 misjuqa minn raġel ta’ 53 sena minn Pembroke li kellu mara ta’ 52 sena u żgħażugħ ta’ 18 il-sena, t-tnejn minn Pembroke, bħala passiġieri.
Iż-żewġ passiġieri tal-Mazda jinstabu f’kundizzjoni kritika filwaqt li s-sewwieq tal-Mazda jinstab f’kundizzjoni serja. Il-pulizija qegħda tinvestiga l-każ.
Ritratti: Paġna ta’ Facebook Maltese Roads Traffic Updates
//= $special ?>

