Jiem biss wara li Michael Falzon, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Prim Ministru, kellu jirriżenja dwar l-iskandu ta’ Gaffarena, il-Prim Ministru ndirizza l-attivisti Laburisti fil-Gżira.
Attivita li għaliha attenda l-istess Michael Falzon, li wara l-appelli fuq Facebook intlaqa’ b’ewforija, kif ukoll l-eks Ministru Manuel Mallia, li hu wkoll irriżenja wara li nstab li kien hemm każ ta’ cover-up fl-isparatura tax-xufier tiegħu.
Iżda minkejja dawn l-iskandli, għall-Prim Ministru Joseph Muscat it-tnejn li huma, xempji tal-irġulija.
Waqt diskors twil fl-Orpheum tal-Gżira, din kienet l-unika darba li Muscat semma’ lil Michael Falzon, mingħajr ma għamel l-ebda riferenza għall-kaz li fih Mark Gaffarena ħa propjeta’ tal-Gvern fi Triq Zekka, il-Belt Valletta, għal somma baxxa.
Minflok Muscat għamel enfasi sħiħa fuq il-bidla li wiegħed malli nħatar mexxej tal-Partit Laburista u skont hu qed iwettaq, minkejja li fost l-oħrajn irrefera għall-power station ġdida li suppost kellha tibda topera kważi sena ilu.
U filwaqt li stħarriġ tal-Malta Today sab li d-distakk bejn iż-żewġ partiti qed ikompli jonqos biex issa hemm l-inqas distakk bejn iż-żewġ partiti; 2.6%, Muscat ftaħar bil-fiduċja tal-poplu.
//= $special ?>

