Lokali Qorti

Żewġ Bulgari mressqa l-Qorti akkużati b’serq

Żewġ rġiel ta’ nazzjonalita Bulgara tressqu l-qorti akkużati b’numru ta’ hold-ups fi ħwienet tal-logħob tul l-aħħar tlett xhur.

Atanas Dimitrov ta’ 32 sena jinstab mixli b’serq aggravat mill-ħanut tal-Izibet fl-Msida nhar il-Ġimgħa u minn ħanut tal-Izibet fin-Naxxar fit-23 ta’ Novembru u fil-25 ta’ Diċembru.

L-akkużat l-ieħor huwa Radoslav Rachev ta’ 23 sena.

Iż-żewġ rġiel jgħixu flimkien f’San Ġiljan.

L-avukat Yanika Bugeja talbet li ż-żewġ rġiel jingħataw il-liberta’ proviżorja iżda l-Ispetturi Saviour Baldacchino u Gabriel Micallef oġġezzjonaw minħabba l-gravita’ tar-reati u li għad hemm xhieda x’jinstemgħu.

Il-qorti ma’ tgħatx lill-irġiel ħelsien mill-arrest.