Futbol Sport

Adidas se ttemm il-kuntratt mal-IAAF

L-akbar sponsor tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Federeazzjonijiet tal-Atletika se tittermina l-ftehim li kellha mal-kumpanija erba’ snin qabel. Il-kumpanija Adidas, li tissupplixxi ħwejjeġ sportivi, infurmat lill-IAAF bid-deċiżjoni hekk kif hu mifhum li hu riżultat dirett minħabba l-iskandlu tad-doping fl-atletika li ħareġ fil-beraħ il-ġimgħa li għaddiet.

Sorsi qalu li l-mossa, se tiswa lil-IAAF u lill-partner kummerċjali Dentsu miljuni ta’ dollari f’revenue. Kemm l-Adidas kif ukoll l-IAAF ma kkonfermaw il-firda, iżda t-tnejn ħarġu stqarrija qasira.

It-tnejn għamlu referenza għal proċess ta’ riforma li jinsab għaddej hekk kif l-IAAF qed jippruvaw jiġu fi ftehim ma’ numru ta’ kumpaniji. Huma qalu wkoll li kienu f’kuntatt mill-qrib ma’ xulxin, bl-IAAF tinsisti li jinsabu f’kuntatt mill-qrib mal-isponsors u l-partners.

Adidas li tforni disinji u timmanifattura żraben tal-isports, ħwejjeġ u aċċessorji, esprimew ukoll in-nuqqas ta’ kuntentizza dwar l-iskandlu ta’ koruzzjoni li qed jifni lill-FIFA.

Il-kumpanija Ġermaniża li fl-2014 ffirmat ftehim ta’ 750 miljun Sterlina ma’ Manchester United, tibqa’ l-eqdem partner kummerċjali tal-FIFA.