Ix-Shadow Minister Claudette Buttigieg iddikjarat fil-Parlament li għandha kull fiduċja f’kull min qed jinvestiga l-abbużi u l-illegalitajiet fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata, u li d-dubju hu dwar il-pressjoni li qed issir fuq il-politiku li jagħmel pressjoni biex jinfluwenza fuq l-investigazzjonijiet li għaddejjin b’rabta ma’ abbużi, illegalitajiet u irregolaritajiet fiċ-Ċimiterju tal-Addolarata.
Dan iddikjaratu fil-Parlament ix-Shadow Minister għas-Saħħa meta għamlet mistoqsijiet supplimentari għat-tweġibiet li taha s-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne dwar l-abbużi fiċ-ċimiterji li żvelat fil-Parlament u li dwarhm għaddejjin inkjesti.
Ix-Shadow Minister Claudette Buttigieg aktar kmieni dan ix-xahar kienet tkellmet fil-Parlament fuq pressjoni fuq Kastilja biex jieqfu l-investigazzjonijiet fuq l-abbużi fiċ-ċimiterju waqt li żvelat aktar abbużi li qed iseħħu u jkomplu jinfirxu f’ċimiterji oħrajn.
Claudette Buttigieg ressqet diversi mistoqsijiet fil-bidu tas-seduta tal-lejla lis-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa dwar kemm hu l-baġit li l-Gvern għandu għall-estensjoni taċ-ċimiterju tal-Addolorata, u għat-tisbiħ u ż-żamma tal-post.
Filwaqt li l-Gvern wieġeb li f’dawn il-pjani l-Gvern qed jaħdem bil-private public partnerships biex ma joħroġx flus hu, Claudette Buttigieg staqsiet kemm kienu appuntati karigi b’position of trust biex ma jsirux aktar abbużi fiċ-ċimiterji.
Filwaqt li l-Gvern irrifera għall-inkjesti li għaddejjin dwar l-allegati abbużi u attakka lill-Oppożizzjoni li m’għandhiex fiduċja fl-inkjesti li għaddejin, ix-Shadow Minister Claudette Buttigieg saħqet li għandha kull fiduċja f’kull min qed jinvestiga l-abbużi u l-illegalitajiet fiċ-ċimiterju, u li d-dubju hu fuq min qiegħed jagħmel il-pressjoni fuq l-investigazzjonijiet.
Appellat ukoll lill-Gvern biex ma jċedix għall-pressjoni.
//= $special ?>